Ħsieb il-Ħidma ta’ din iż-Żona

Il-ħsieb tagħna hu li f’din iż-żona, ta’ kuljum, dawk preżenti jagħmlu esperjenza tal-fidi mgħixa f’komunità ta mħabba u ferħ, fejn ma jeżistix jien, ma teżistix int, imma jeżistu biss aħna. Fejn ilkoll nibku ma’ min jibki u nidħku ma’ min jidħak, fejn il-weġgħat ta’ xi ħadd isibu l-imħabba ta’ kulħadd. Fejn il-ferħ jasal meta nitgħallmu ngħixu bħala komunità miexja lejn u fuq l-eżempju ta’ Kristu, mimlija b’imħabbtu.

Dan jintlaħaq b’mod speċjali fil-liturġija fejn il-poplu ta’ Alla jingħaqad biex flimkien jerfgħu qalbhom lejn Alla, b’talb ta’ adorazzjoni u tifhir filwaqt li jinterċedu għall-bżonnijiet tagħhom u ta’ dawk ta’ madwarhom.  Filwaqt li xejn ma jista’ jikkumpara mas-sbuħija ta’ Alla, l-atmosfera tat-tempju t’Alla tista’ tgħina nidħlu iktar fil-fond tar-realtà li inkunu qed niċċellebraw. Għalhekk nagħmlu ħilitna biex fil-kappella noffru ambjent fejn dawk preżenti jkunu jistgħu jidħlu iktar malajr f’dan l-ispirtu.

B’dan kollu ix-xewqa tagħna hi li dawk kollha li jgħixu fiż-żona jew li jagħmlu parti mill-komunità ta’ din il-Kappella jikbru aktar fl-għarfien tagħhom fuq Kristu u jsaħħu r-relazzjoni tagħhom ma’ Alla.

Dati għall-istorja

Il-kappella ta’ Mlit tbierket fl-1998 u hi ddedikata lil Marija Omm il-Knisja. Mill-bidu ingħata servizz ta’ tagħlim u edukazzjoni nisranija lit-tfal bi preparazzjoni għall-ħajja nisranija bil-grazzja tas-sagramenti tal-Ewkaristija, tal-Qrar u l-Griżma tal-Isqof. Dan iċ-Ċentru tad-Duttrina nfetaħ fl-1999. Fil-preżent, fiz-zona ta’ Mlit nsibu madwar 1500 familja b’potenzjal li dan in-numri jikber.

Ħin tal-Quddies (Lulju – Settembru)

  • Quddies mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 7:15 a.m., 8:15 a.m.
  • Quddies is-Sibt fil-għaxija: 6:30 p.m.
  • Quddies il-Ħadd fil-għodu: 9:00 a.m. u 10:30 a.m.

Ħin tal-Quddies (Ottubru – Ġunju)

  • Quddies mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 7:15 a.m., 8:15 a.m.
  • Quddies is-Sibt fil-għaxija: 6:00 p.m.
  • Quddies il-Ħadd fil-għodu: 9:00 a.m. u 10:30 a.m.

Ħin tal-Qrar

  • qabel il-ħin tal-quddies
  • wara l-quddies
  • b’appuntament mar-rettur.

Kuntatt

Indirizz: 84, Triq l-Alwetta, Mosta, MST 4504, Malta.

Email: [email protected]

Iktar informazzjoni

Għal iktar informazzjoni idħol fuq il-Facebook Page www.facebook.com/knisjatamlit